Xufier tal-isptar jittieħed l-isptar wara li nqaleb bit-trakk fin-Naxxar. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:30 ta’ waranofsinhar qrib it-telgħa t’Alla u Ommu.
Fuq il-post isejħet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tal-Pulizija.
Xhieda fuq il-post qalu lil dan is-sit li x-xufier ma jidhirx li ndarab gravi.
L-istħarriġ tal-Pulizija dwar dan il-każ għadu għaddej.