Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson kien mistieden mill-Ministru għat-Turiżmu Maltija Julia Farrugia Portelli sabiex fid-darba li jmiss li jżur lil pajjiżna fuq xogħol tiżdied fil-programm taż-żjara tiegħu, ġirja mal-Ministru Maltija f’waħda mill-għexieren ta’ bajjiet sbieħ f’Malta.
Il-Ministru Farrugia Portelli għamlet dan f’intervista esklussiva li l-Ministru kellha ma’ BBC Radio 5 Live fir-Renju Unit.
Dan wara li l-Prim Ministru Ingliż ftit tal-jiem ilu għamel referenza għal pajjiżna meta kien qed jitkellem dwar il-problema tal-obeżità fir-Renju Unit.
Il-Ministru Maltija qalet li kien ikun aħjar kieku kemm Malta u r-Renju Unit ma jkunux fuq il-lista tal-aktar pajjiżi b’obeżità.
Segwi b’mod sħiħ il-kumment li tat il-Ministru Farrugia Portelli fuq il-BBC: