Illejla fil-Parlament, l-eks Prim Ministru Joseph Muscat innota asserzjoni żbaljata li għamel id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi f’mozzjoni li ressaq biex jikkontesta r-ruling tal-Ispeaker dwar ksur ta’ privileġġ.
Dr. Muscat qal li hemm żball fattwali fil-mozzjoni ta’ Jason Azzopardi fejn kwota r-ruling tal-Ispeaker.
Skont Jason Azzopardi, Dr. Muscat kien jaf li se tinqatel Daphne Caruana Galizia u sejjaħ elezzjoni ġenerali.
“Jista’ jgħid li jemmen jew jaħseb din l-asserzjoni imma ma jistax jgħid li sar magħruf dak allegat”, saħaq id-deputat Laburista.
Dr. Muscat qal, “Jien għaddejt minn inkjesta li swiet lill-pajjiż aktar minn miljun ewro biex iħarsu fuq l-affarijiet tiegħi mad-dinja kollha u ma nstab xejn.”
Ilbieraħ, l-Ispeaker sab lil Jason Azzopardi ħati ta’ ksur ta’ privileġġ lampanti fil-konfront ta’ Joseph Muscat.