“Għall-ewwel darba f’għexieren ta’ snin taħt il-Prim Ministru Robert Abela, qed jiġi miġġieled il-kankru tal-korruzzjoni.”
Kiteb dan l-artikolist Martin Scicluna fit-Times.
Qal li f’qasir żmien, taħt il-Prim Ministru Robert Abela, Malta esperjenzat trasformazzjoni fil-governanza.
Martin Scicluna kiteb kif il-korruzzjoni kienet mifruxa taħt gvern Nazzjonalista.
Qal li iżda fl-ewwel xhur tiegħu fit-tmexxija, l-akbar kisba tal-Prim Ministru Robert Abela kien kif tratta l-korruzzjoni.
Scicluna kiteb dwar il-mod kif il-Prim Ministru flimkien mal-awtoritajiet tas-saħħa amministra lil pajjiżna fil-pandemija.
Dwar il-governanza, Martin Scicluna kiteb dwar l-ewwel deċiżjonijiet li ħa l-Prim Ministru Robert Abela, fosthom dwar il-proċess indipendenti li bih nħatar il-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid u li dan neħħa lill-Assistent Kummissarju Ian Abdila milli jibqa’ jmexxi t-taqsima għar-reati ekonomiċi.
Scicluna qal li l-governanza għaddiet minn trasformazzjoni, għaldaqstant qed terġa’ tiddaħħal il-fiduċja fil-gvern grazzi għal bidliet li qed jagħmel l-Prim Ministru Robert Abela.