Fi stqarrija l-Avukat Ġenerali kategorikament ċaħad u sejjaħ bħala gidba sfaċċata u kalunja l-allegazzjoni magħmula fuq facebook minn Jason Azzopardi.
L-Avukat Ġenerali għamel referenza għal dak li qal Jason Azzopardi fuq il-profil tiegħu fuq facebook, li saħaq li l-avukat ġenerali, Dr. Peter Grech kiteb nota biex ikun hemm impunità fil-pajjiż u b’dan il-mod iffirma l-mandat tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
L-Avukat Ġenerali ċaħad dak li ntqal lill-Bord tal-Inkjesta Pubblika illi huwa ta parir bil-miktub sabiex iwissi lill-Pulizija biex jimxu bil-mod f’investigazzjoni peress illi din kienet se tikkaguna inkwiet fil-pajjiż.