Merħba f’Malta.
Hekk ġew milqugħa l-ewwel turisti li niżlu minn fuq l-ajruplan tal-Air Malta li għadu kif ġie minn Fiumicino Ruma mill-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli mill-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
L-attività qabdet ġmielha fl-ajruport Malti, hekk kif illum wara tliet xhur reġa’ fetaħ il-bibien tiegħu.
Kull minn jidħol u joħroġ mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed jiġi eżaminat għat-temperatura ta’ ġisimhom.