Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet għall-ftuħ tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, illejla f’21 post differenti f’Malta u Għawdex ser ikun qed jittella’ spettaklu ta’ nar ikkulurit minn 31 kamra tan-nar differenti.
Il-postijiet huma: Għargħur, San Ġwann, Manoel Island, Żejtun, Għaxaq, Żurrieq, Gudja, Luqa, Kirkop, Qrendi, Mqabba, Qormi, Siġġiewi, Ħaż Żebbuġ, Lija, Mosta, Rabat, Mġarr, Nadur, San Lawrenz, Sannat.
L-aqwa veduta sabiex il-pubbliku jara l-ispettaklu tan-nar huwa mis-Salib tal-Għolja – Siġġiewi.
Filwaqt li wieħed jista’ jmur postijiet oħra bħall-Imqabba (Triq il-Konvoj – Santa Marija), Qrendi u Żurrieq.