Hekk kif bdejna xahar ġdid, Malta wkoll bdiet sejra għal aktar normalità.
Propju llum, mal-ftuħ mill-ġdid tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, tneħħiet l-emerġenza ta’ saħħa pubblika.
Dan ifisser li diversi restrizzjonijiet ser ikunu qed jitneħħew, fosthom l-attivitajiet tal-massa u l-għeluq tal-iskejjel.
Il-poplu Malti u Għawdxi wkoll qabad it-triq għan-normalità, b’uħud reġgħu lura għar-rutina normali tax-xogħol.
Minn toroq kwieti u vojta, Malta u Għawdex issa reġgħu ħadu r-ruħ.
Dan kien tħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela fl-14 ta’ Ġunju.
Malta kienet f’emerġenza għas-saħħa pubblika fis-7 ta’ Marzu li għadda.