Wara tliet xhur magħluq, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fetaħ il-bibien tiegħu sabiex u beda jilqa’ l-ewwel turisti f’pajjiżna.
Kif ġara fil-kumplanent tad-dinja, minnħabba l-pandemija kellhom jingħalqu l-fruntieri, iżda ż-żmien diffiċi għadda u dħalna fi żmien isbaħ. Malta b’mod għaqli rebħet il-pandemija u tneħħa l-istat ta’ emerġenza għas-saħħa.
Ħafna ddeskrivew din il-ġurnata bħala jum storiku għal pajjiżna hekk kif bħal din is-sitwazzjoni l-Ajruport qatt ma ra. L-istabbilimenti, ħwienet, ristoranti, postijiet ta’ ospitalità, mużewijiet fost oħrajn se jkunu qed jerġgħu jaraw lit-turist juża s-servizz tagħhom.
L-ekonomija Maltija tiddependi ħafna mis-settur turistiku u kif saħaq il-Prim Ministru l-Ħadd li għadda, it-turiżmu intern mhuwiex biżżejjed għal pajjiż żgħir bħal Malta, u għalhekk l-importanza ta’ dan il-jum.
Sabiex titfakkar din il-ġurnata importanti, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija diversi kmamar tan-nar madwar Malta u Għawdex ser jagħtu spettaklu ta’ nar ikkulurit.
Illum mistenni jasal mat-tlett elef turist, u sa tmiem is-sena se jaslu madwar 700,000 turist.
Fid-9:45, il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri u l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ser ikunu preżenti għall-ftuħ mill-ġdid tal-Ajruport.
Ritratt: MIA