Maverick Vella u Abraham Grima minn Ħal Qormi ngħataw il-ħelsien mill-arrest wara li tressqu l-Qorti akkużati li bejn it-28 u d-29 ta’ Ġunju serqu l-fjuwil.
Vella ġie akkużat ukoll li saq karozza li mhux koperta b’polza tal-assigurazzjoni u li saq l-istess karozza mingħajr liċenzja.
Huma ammetew għal akkużi miġjuba kontrihom iżda qabel tingħata s-sentenza, iż-żewġ akkużati nħelsu mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet.