F’ċerimonja li saret ilbieraħ filgħaxija, 91 tabib li għadhom kemm temmew sentejn ta’ foundation training u li issa ser jibdew l-ispeċjalizzazzjoni ngħataw il-liċenzja. Mal-91 tabib, 6 dentisti wkoll ingħataw il-liċenzja.
F’din iċ-ċerimonja, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne appella lit-tobba u dentisti ġodda biex dejjem iżżommu ruħhom aġġornati hekk kif il-qasam tal-mediċina qed jara żvilluppi kbar u mgħaġġla.
Il-Ministru tkellem fuq il-fiduċja li n-nies għandhom lejn il-professjoni medika u li l-ġenituri jafdaw f’idejn il-mediċi meta jsibu lilhom infushom f’mumenti delikati f’ħajjithom. “Għalhekk tridu taħdmu biex tiksbu u tgħożżu din il-fiduċja u r-rispett,” qal il-Ministru Fearne.
Huwa propju r-rispett mill-pazjent li hu l-aqwa kejl ta’ suċċess fil-professjoni medika.