Titjira tal-United Airlines, li telqet lejn l-Ingilterra, kellha tinżel l-Irlanda wara li 16-il persuna sofrew xi ġrieħi wara turbolenza kbira. Din it-titjira għamlet inżul ta’ emerġenza fl-Ajruport ta’ Shannon fis-6.00a.m.
L-ajruplan Boeing 767-300 kien fil-vjaġġ tiegħu lejn Heathrow minn Houston, Texas. 14-il passiġġier kif ukoll żewġ membri tal-ekwipaġġ ittieħdu l-isptar ta’ Limerick fejn ġew ċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief.