Illum, l-Arċidjoċesi ta’ Malta ser tkun qed tara żieda ta’ għaxar saċerdoti ġodda fil-familja tal-kleru Malti.
Numru kbir ta’ saċerdoti li ilu ma jkun hawn bħalu f’Malta.
Fost dawn l-għaxar irġiel, hemm tnejn li kienu miżżewġin u għandhom it-tfal, iżda f’qalbhom nibtet iż-żrara ta’ vokazzjoni saċerdotali.
Iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil-Knisja ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid mill-Arċisqof Charles Scicluna fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija.
L-għaxar djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma:
- Osmar Baldacchino mill-Parroċċa ta’ San Nikola, is-Siġġiewi
- David Borg mill-Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar
- Christopher Bugeja mill-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat
- Andrew Camilleri, mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina, iż-Żurrieq (Moviment tal-Fokolari)
- Jonathan Debattista mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien
- Michael Debono, Kumpanija ta’ Ġesù (Ġiżwita)
- Damian John Formosa, Salesjan ta’ Don Bosco
- Jake Mamo, Salesjan ta’ Don Bosco
- Tony Pace mill-Parroċċa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, Ħal Safi
- Paul Spiteri, Salesjan ta’ Don Bosco
Segwi hawn: