Studju xjentifiku internazzjonali poġġa lil Malta fost l-aqwa fid-dinja fis-servizzi edukattivi ogħla tul żmien il-pandemija. L-istudju sar mill-Università ta’ Ljubljana fl-Islovenja, bil-parteċipazzjoni ta’ studenti Universitarji madwar id-dinja.
Hawnhekk ħareġ li mill-pajjiżi mħarrġa Malta tat l-aħjar servizz ta’ filmati edukattivi onlajn li l-istudenti setgħu jużaw biex jaġġornaw l-istudji tagħhom waqt li l-istutzzjonijiet edukattivi kienu magħluqa. F’dan l-aspett Malta kisbet l-ogħla punteġġ- dak ta’ 3.88.
Skont l-istudju, il-mod kif is-sistema edukattiva mexxiet konferenzi edukattivi, jew sessjonijiet massiċċi onlajn, kien fost l-aqwa tlieta fid-dinja. Kienet biss Sri Lanka li għadda lil Malta, hekk kif dan il-pajjiż kiseb kważi erba’ punti. Malta kisbet 3.84, u l-Kroazja 3.82.
Malta kienet ukoll it-tielet l-aqwa pajjiż fil-mod kif l-għalliema mexxew il-lezzjonijiet virtwali f’dan iż-żmien. Kienu biss New Zealand u Sri Lanka li għaddew lil Malta f’dan l-aspett, bi 3.84 u 3.79 punti rispettivament.
L-Università li mexxiet l-istudju qalet li dan kapaċi jgħin l-istituzzjonijiet edukattivi jifformulaw rakkomandazzjonijiet xierqa lill-amministrazzjonijiet ta’ dawn il-pajjiżi dwar kif jistgħu jkomplu jappoġġjaw l-istudenti f’kull aspett tul dan iż-żmien.
Fuq il-midja soċjali l-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici wera sodisfazzjon għal dan ir-rikonoxximet għal qasam edukattiv Malti. Hawnhekk innota kif Malta kisbet dan ir-riżultat eċċellenti f’maltempata globali, xi ħaġa li tiggarantixxi futur isbaħ għas-settur fil-bnazzi.