Juanito Jemenez ta’ 27 sena mill-Ħamrun inżamm arrestat wara li allegatament inqabad jisraq mill-Università minn kameras tas-sigurtà.
Il-każ seħħ il-Ħamis li għadda fil-binja tal-Kimika fl-Università meta għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar, allegatament ir-raġel pprova jisraq drogi li kienu fil-binja għall-ittestjar, b’valur ta’ aktar minn elfejn u tliet mitt ewro.
L-imputat naqas milli jħares il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti fuq każ separat.
Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u talab għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Qorti ċaħdet it-talba u laqgħet is-suġġeriment li l-akkużat jingħata l-għajnuna biex jindirizza l-problema tad-droga.
Għall-imputat dehru l-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia.