Il-Kap Nazzjonalista ddikjara li Malta m’hix pajjiż serju.
Qal dan waqt li kien qed jagħlaq il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li ttratta l-bidliet fl-istatut li tqabbad jagħmel is-Segretarju Ġenerali tat-tmeninijiet Louis Galea.
“Dan mhux pajjiż serju”
Din id-dikjarazzjoni ta’ Delia tistona ma’ dak li qalet il-Kummissjoni Venezja.
Il-Kummissjoni Venezja faħħret il-passi u r-riformi storiċi li qed jieħu l-Gvern fejn preżenta proposti fost oħrajn għar-riformi fil-ġudikatura, favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba f’pajjiżna.
Il-proposti prattikament kollha tal-Gvern ġew milqugħa mill-Kummissjoni Venezja u issa jmiss li dawn jiġu abbozati f’liġijiet li jgħaddu mill-Parlament.
Madankollu Adrian Delia beda jbeżża’ bil-babaw.
“Il-Kap Nazzjonalista qal dan anki wara li fl-aħħar jiem ġie ppubblikat stħarriġ fuq is-settur tax-xogħol li wera kif fl-ewwel kwart ta’ din is-sena l-impjegi f’Malta żdiedu b’5.5% meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena li għaddiet.”