Il-pulizija arrestat Eġizzjan ta’ 44 sena, filwaqt li raġel ieħor Eġizzjan ta’ 50 sena weġgħa ħafif wara argument f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 9:30 ta’ dalgħodu ġo ħanut fi Triq Isouard f’San Pawl il-Baħar. Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija rriżulta kif ir-raġel ta’ 50 sena kellu argument mar-raġel ta’ 44 sena, fejn f’dan l-argument allegatament ntuża oġġett li jaqta’ u bil-ponta. Fil-ħanut, pulizija sabu lill-vittma fuq il-post, filwaqt li l-aggressur ħarab minn fuq il-post.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lill-Eġizzjan ta’ 50 sena l-isptar. Filwaqt li l-pulizija bdied bi tfittxija għall-aggressur u ftit sigħat wra nstab ħdejn id-dar tiegħu u ġie arrestat minnufih.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud li ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.