Il-Ħadd tħabbar li f’Lulju, se tingħata t-titlu ta’ Bażilika Minuri. Dan it-titlu jfisser li jiżdied l-impenn spiritwali biex il-poplu jkollu aktar wens u għajnuna kif ukoll imħabba.
Dan it-titlu se jkun qed jingħata l-Ħadd 26 ta’ Lulju, f’jum il-festa ta’ Kristu Re fis-6 ta’ filgħaxija. Dan se jsir f’quddiesa mmexxija mill-Arċisqof ta’ Malta fejn se jkun qed jinqara d-digriet fejn din il-knisja ssir Bażilika Minuri tal-Vatikan ta’ Ruma. Wara dan se jkun qed isir pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Kristu Re.