Midja affiljata mal-Istat Iżlamiku qalet li l-kap tal-istrateġija tal-istess grupp terroristiku inqatel fis-Sirja. L-aġenzija tal-aħbarijiet Amaq qalet li Abu Muhammed al-Adnani miet fil-provinċja t’ Aleppo.
Il-Pentagon qal li attakk mill-ajru kellu lil Adnani fil-mira tiegħu fil-belt al Bab, u r-riżultati kienu għadhom qed ikunu eżaminati.
Skont Amaq, Adnani, il-persuna li bl-appelli tiegħu għall-attakki kontra l-Punent waqt ir-Ramadan wassal għal ħafna tixrid tad-demm, inqatel waqt li kien qed josserva l-operazzjonijiet kontra kampanji militari f’Aleppo.