Emmanuel Zammit ta’ 33 sena nħeles mill-arrest wara li kien akkużat li hedded lill-eks tfalja tiegħu u lis-sieħeb il-ġdid tagħha.
Huwa qed jiġi akkużat ukoll li beżżagħhom, li darab ħafif lir-raġel, li għamel ħsarat fuq propjeta privata, li bagħat messaġġi ta’ theddid kif ukoll li seraq għodda ta’ karozza.
L-imputat ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000.
Għall-akkużat deher l-Avukat Albert Zerafa.