Mohammed Adid Nur li għandu 30 sena intbgħat sena ħabs sospiża għal tliet snin wara li wieġeb ħati għall-akkużi li ħebb, hedded u kkawża ġrieħi ħfief lill-żewġ uffiċjali tal-pulizija.
Il-każ ġara fil-25 ta’ Frar ta’ din is-sena f’San Ġiljan.
Huwa kien akkużat li espona ġismu waqt li kien fis-sakra f’post pubbliku.
Il-Maġistrat Neville Camilleri ordna lill-akkużat iħallas multa ta’ €800 u jingħata trattament tas-saħħa mentali.