Eluf ta’ familji u negozji ngħataw nifs ta’ biljun u mitejn u sebgħin miljun ewro fuq ħlasijiet fi djun s’issa wara li l-Gvern, permezz tal-Bank Ċentrali ordna moratorju għall-perjodu minimu ta’ 6 xhur.
Permezz tal-moratorju, min jixtieq, minħabba l-pandemija, mhux jitħallsu djun u lanqas l-imgħaxijiet.
Statistika ppubblikata mill-Bank Ċentrali tindika li sa tmiem Marzu, kien hemm madwar 1,800 familja li gawdew minn moratorju volontarju iżda sa tmiem April n-numru kien diġà tela’ għal kważi 5,700 familja.
L-ammont ta’ dejn personali li hu taħt moratorju issa tela’ minn ftit aktar minn €150 miljun għal kważi €500 miljun. Dan l-ammont ilaħħaq għal kważi 10% tad-djun kollha tal-familji Maltin u Għawdxin
B’mod volontarju l-banek kienu taw moratorju lil 885 negozju sa tmiem Marzu iżda fix-xahar ta’ wara l-ammont ta’ negozji jgawdu minn din l-għajnuna tela’ għal kważi 1,700.
Dawn in-negozji ngħataw moratorju fuq djun li jlaħħqu kważi €770 miljun. Dan hu aktar mid-doppju tal-ammont li kien hemm sa tmiem Marzu.
L-aktar settur li bbenefika mill-moratorju kien dak tal-bejgħ bil-grossa u tal-ħwienet.
Erba’ mitt kumpanija jew nies li jaħdmu għar-rashom fis-settur tal-bejgħ qed jingħataw dan is-sostenn.