Mill-ewwel ta’ Lulju l-festi tal-qaddisin se jibew ikunu ċċelebrati b’quddiesa solenni u pelegrinaġġ mat-toroq tal-Belt jew Raħal akkumpanjati mill-baned lokali.
Ħabbret dan f’sett ta’ direttivi l-Arċidjoċesi ta’ Malta, fejn qalet ukoll li dawk il-festi li diġà għaddew ser tinstab ġurnata alternattiva għalihom.
L-isfqijiet ta’ Malta qalu li l-istatwa għandha tinħareġ min-niċċa b’mod privat f’ġurnata li jagħżel il-Kappillan, mhux aktar kmieni minn jumejn qabel ma tkun se tiġi ċċelebrata l-festa.Id-dħul tal-vara lura fin-niċċa għandu jsir b’mod privat sa mhux aktar tard minn jumejn wara l-festa.
Il-Knisja minn ġewwa tista’ tkun armata b’mod modest u m’għandux isir armar aktar milli jsir is-soltu. It-tiżjin tal-knisja minn barra u t-toroq jista’ jsir sakemm il-parroċċa ma tidħolx għal spejjeż biex dan isir. Dan ma jgħoddx għal armar neċessarju li jintuża biex isir it-talb.
Għal din is-sena fil-pellegrinaġġ għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw il-baned lokali kollha marbuta ma’ dik il-festa, fejn għandhom jindaqqu innijiet jew marċi marbuta mal-qaddis jew qaddisa. Ma jistax jindaqq l-ebda marċ brijuż.
Id-data tal-festa għandha tiġi ċċelebrata bħas-soltu, filwaqt li dawk li ġa għaddew għandhom isibu ġurnata oħra li fiha jiċċelebraw il-festa. Ma għandhiex tintagħżel id-data tal-14 ta’ Settembru għax fiha se jkun qed isir pellegrinaġġ djoċesan immexxi minn Mons. Arċisqof bi xbieha għażiża tal-Kurċifiss meqjuma fil-Knisja ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta.
F’każ ta’ pellegrinaġġ jistgħu jieħdu sehem il-fratellanzi, l-abbatini bl-akkolti, ċensier, kruċiefru u anke r-relikwa. It-tul tal-purċisjjoni mgħandix iddum aktar min sagħtejn.
Dawn il-miżuri jibqgħu fis-seħħ sal-wieħed u għoxrin ta’ Diċembru.
Dan sar wara li l-Isfqijiet innutaw li l-Awtoritajiet tas-Saħħa u dawk Governattivi qed jinidkaw li jistgħu jsiru attivitajiet tal-massa.
Wieħed jista’ jara dawn id-direttivi l-ġodda hawnhekk: DIRETTIVI FESTI