Sewwieq ta’ 44 sena minn San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt. Dan wara inċident li seħħ fit qabel l-erbgħa ta’ dalħodu fi Triq Burmarrad, f’Burmarrad.
Il-Pulizija sabet Toyota Landcruiser maħbuta ma’ ħajt. Il-vettura kienet qiegħda tinstaq lejn San Pawl il-Baħar, meta s-sewwieq tilef il-kontroll, ħabat ma’ vettura oħra li kienet ipparkjata u wara ħabat ma’ ħajt.