Erba’ uffiċjali tal-Pulizija f’Pariġi ġew interrogati b’rabta mal-mewt ta’ raġel ta’ 42 sena li miet f’Jannar li għadda waqt li kien fil-kustodja tal-Puliziija.
Filmat li fl-aħħar jiem ixxandar fuq il-midja Franċiża juri lill-vittma, li huwa missier ta’ ħamest itfal, jinżamm mal-art mill-Pulizija stess wara li dawn waqfuh għaliex allegatament kien qed juża mobile waqt is-sewqan u kellu l-pjanċi maħmuġa. Qed ikun irrappurtat li fil-filmat stess il-vittma jinstema’ jilmenta li ma jistax jieħu nifs minn tal-anqas sitt darbiet.
L-investigaturi tal-każ issa jridu jiddeċiedu jekk għandhomx jittieħdu passi kontra l-uffiċjali tal-Pulizija involuti fil-każ.