Ċiklist fl-Irlanda kellhu esperjenza mhux tas-soltu hekk kif waqt li kien qed jieħu sehem f’ Maratona ħabat f’ Ċerva li jidher li kienet qed taqsam it-triq bil-konsegwenza li nqalleb u nqasamlu l-elmu.
Minkejja dan huwa baqa’ għaddej bil-maratona b’ mod normali u rnexxielhu jlesti l-kumplament tal-għaxar kilometri f’sagħtejn u ħamsa u għoxrin minuta.
Persuna li kienet preżenti qalet li ftit tal-ħin qabel kienet rat xi ċrievi jiġru minn wara fejn kienet, madankollu qatt ma stenniet li tara dik il-ħabta li fi kliem il-Fotografu Erik Scraggs kienet waħda kbira u li seta’ kellha konsegwenzi koroh.
Persuni oħra sostnew lill-organizatturi ta’ dan il-Maratona qatt ma messhom pjanaw li jgħaddu ċ-ċiklisti minn hemm hekk kif hija żona magħrufa li minnha jgħaddu bosta ċriev u li jistgħu jkunu ta’ periklu għas-sewwieqa.