Taljan ta’ 31 sena jinsab fil-periklu tal-mewt u ieħor jinsab f’kundizzjoni gravi wara li l-karozza li kienu fiha ħabtet mal-barrikati, b’konsegwenza li nqalbet u ħadet in-nar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ filgħodu fi Triq Sant Andrija f’San Ġiljan.
Iż-żewġt irġiel ingħataw l-għajnuna minn Kuntistabbli li ma kienx xogħol. Fuq il-post isejħet l-għajnuna ta’ Membri ta’ Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-isptar Mater Dei.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
Għal xi ħin it-triq ingħalqet għat-traffiku.