F’maratona ta’ ġbir ta’ fondi bit-tema ‘Inkomplu Niġġeddu nġabru €615,123 b’risq il-Partit Laburista.
Fi tmiem il-maratona, fejn tħabbret is-somma finali, il-Prim Ministru rringrazzja lil kull min ta sehmu fosthom lil dawk li taw id-donazzjonijiet. Din il-ġimgħa, anki permezz tal-programm Pjazza nġabru fondi b’risq il-Partit Laburista.
B’dawn il-fondi, il-partit se jkun qed ikompli bil-ħidma tiegħu favur il-Maltin u l-Għawdxin kollha.