Propju fil-ġurnata tal-Ħadd ser tilħaq il-qofol tagħha l-kampanja ta’ ġbir ta’ fondi tal-Partit Laburista bit-tema “Inkomplu Niġġeddu”.
Il-maratona ser tibda għall-ħabta tat-3 ta’ waranofsinhar u ser tkun qiegħda tixxandar fuq l-istazzjon ONE.
B’mod partikolari, din is-sena l-Partit Laburista qed ifakkar il-100 sena minn mindu twaqqaf, u fuq kollox kif għandu jkompli jiġġedded biex jibqa’ rilevanti.
Din il-kampanja Din ilha għaddejja mid-19 ta’ Ġunju fejn bosta lokalitajiet madwar Malta u Għawdex ressqu ‘l quddiem bid-donazzjoni tagħhom.
Il-Partit Laburista jħeġġeġ lil dawk kollha li jixtiequ jagħtu daqqa t’id u b’hekk jagħtu sehemhom fil-proċess ta’ tiġdid tal-Partit Laburista.