Il-21 ta’ Ġunju jimmarka l-bidu ta’ staġun ġdid; is-Sajf.
Il-bidu ta’ dan l-istaġun ġab miegħu eklissi solari parzjali li seħħet bejn is-6:51 u t-7:57 ta’ dalgħodu.
Dan l-avveniment ftit li xejn kien viżibbli f’Malta iżda avveniment bħal dan ser jerġa’ jseħħ f’Ottubru tas-sena 2022.
Fit-2 t’Awwissu tas-sena 2027, id-dinja ser tkun qed tesperjenza eklissi solari parzjali iżda din ser tkun waħda aktar sinnifikanti minn dik tal-lum.
Din l-eklissi kienet viżibbli f’bosta pajjiżi fosthom l-Indja u l-Awstralja iżda minkejja li l-avveniment li seħħ dalgħodu ftit li xejn ġibed l-għajn tal-pubbliku Malti, kienu bosta li dalgħodu qamu biex jaraw din il-meravilja naturali.
Ir-ritratt t’hawn taħt ittieħed permezz ta’ karta u lenti biex b’hekk l-eklissi solari ġiet ipproġettata fuq karta oħra f’teknika magħrufa bħala l-pinhole effect.