Il-General Workers Union ħarġet numru ta’ proposti għall-Baġit 2017 bl-għan ewlieni li jintlaħqu l-faxxi ta’ nies li għadhom mhux qed igawdu mit-tkabbir ekonomiku tal-Gvern. Il-proposti huma bbażati mhux biss fuq l-aspett ta’ xogħol iżda fuq aspett ħolistiku.
Fost il-proposti għal-Baġit 2017, il-GWU tipproponi li dawk l-impjegati bi dħul minimu u dawk bi ftit aktar għandhom jingħataw żieda separata mingħand il-Gvern biex b’hekk jonqos ir-riskju li dawn il-familji jgħixu l-faqar. Proposta oħra hija dik li tħeġġeġ l-introduzzjoni ta’ Leave Mediku fil-pajjiż biex jiġu megħjuna persuni li jkunu għaddejjin bit-trattament tal-kanċer, fejn jingħataw numru ta’ sigħat leave bi ħlas biex ikunu jistgħu jattendu għall-kura.
Fil-proposti tagħha, il-GWU pproniet miżuri li jolqtu setturi differenti tas-soċjeta’. Fost dawn insibu:
- Reviżjoni tal-pensjoni bażika, tal-wens u diżabilita’, fejn jixtiequ reviżjoni tas-sistema li tiddentifika l-persuni intitolati għal dawn il-pensjonijiet kif ukoll tal-ammonti mogħtija.
- L-estensjoni tal-inċentiva li tħeġġeġ il-ħaddiema jkomplu jaħdmu wara l-eta’ tal-irtirar għall-ħaddiema tal-Gvern ukoll.
- Tnedija ta’ skema simili tal-first time buyer, għas-second time buyer li ma jkunx ibbenefika mill-iskema qabel.
- Żieda fl-ammont ta’ sigħat ta’ urgent family leave għal single parents li jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom
- Reviżjoni tal-COLA kull 6 xhur flok kull sena
- Liġi għat-trattament ugwali tal-ħaddiema, irrispettivament jekk humiex ħaddiema temporanji ta’ xi aġenzija jew tal-post