Bomba splodiet fl-Istitut tal-Kriminoloġija fi Brussell, iżda ma ħalliet ebda persuni mejta.
Dan seħħ għall-ħabta tas-02:30.
L-ewwel indikazzjonijiet huma li karozza daħet fil-parkeġġ tal-binja u persuna jew persuni xeħtu bomba qrib laboratorji.
L-allerta fi Brussell għadha għolja ħafna minn mindu kien hemm attakk fl-ajruport ta’ Brussell u l-metro, liema attakki twettaqu mil-Istat Iżlamiku u ħatfu l-ħajja ta’ 32 persuna.