Ċikilist ta’ 29 sena minn San Ġwann jinsab fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn trakk u rota, fin-Naxxar.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fit-Triq Tul il-Kosta meta ċ-ċiklist baqa’ dieħel fi trakk tat-tip Daf CF li kien wieqaf.
Immedjatament fuq il-post mar tim mediku li ħa ż-żagħżugħ l-isptar Mater Dei.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Audrey Demicoli li ħatret Inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.