Illum id-Djoċesi Għawdxija se tara żieda fil-familja tal-Kleru tagħha, hekk kif se jiġi ordnat saċerdot ġdid flimkien ma’ żewġ djakni.
Mario Mercieca mir-Rabat Għawdex se jkun qed jieħu s-sagrament tal-Ordni Sagri, filwaqt li Andrew Grima minn San Lawrenz u Fra Etienne Gilson se jkunu qed jiġu ordnati djakni.
L-Ordinazzjoni Presbiterali u Djakonali ser tkun qed issir mill-Amministratur Appostoliku għal Għawdex, l-Isqof Mario Grech. Grech se jkun qed imexxi l-aħħar ċerimonja ta’ dan it-tip qabel ma jħalli lil Għawdex biex imur il-Vatikan għall-irwol ġdid tiegħu.
L-Erbgħa tħabbar li d-Djoċesi Għawdxija ser tkun qed titmexxa minn Dun Anton Teuma bħala d-disa’ Isqof t’Għawdex.
Iċ-ċelebrazzjoni se ssir fuq iz-zuntier tas-Santwarju Devot tal-Madonna Ta’ Pinu fis-ħamsa u nofs ta’ filgħaxija.
Ritratti: Djoċesi Għawdex