Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia rreaġixxa għal dak li qal id-deputat tiegħu David Thake.
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista ċaħad li ġie offrut flus biex David Casa ma jitlax fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
Din l-allegazzjoni kien għamilha David Thake fuq ix-xandir nazzjonali, ftit jiem wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista rrefera għall-allegazzjonijiet li saru fuq dik li sejjaħ il-media Laburista iżda naqas isemmi li dawn l-allegazzjonijiet kienu saru minn Thake, li llum huwa deputat f’isem il-partit f’tal-Pietà.
Dawn l-allegazzjonijiet ġew rappurtati bi prominenza mill-midja indipendenti fosthom it-Times u l-Maltatoday.
ONE News reġa’ rrapporta fuq din l-allegazzjoni wara li taħt ġurament, il-middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia xehed li s-suspettat mandant fil-qtil ta’ Caruana Galizia, Yorgen Fenech, kien qallu li offra l-flus lill-Partit Nazzjonalista biex David Casa ma jitlax fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
https://www.one.com.mt/2020/06/18/jitlob-investigazzjoni-dwar-li-yorgen-fenech-ta-flus-lill-pn-biex-casa-ma-jitlax/