L-Uffiċjali tad-Dwana mit-Taqsima ta’ kontra l-Ħasil tal-Flus sabu €11,430 waqt tfitxijiet li kienu qed jagħmlu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Il-passiġġier kien sejjer lejn il-kapitali Olandiża Amsterdam, fejn ġie mistoqsi kemm qed iġorr flus miegħu. Fi stqarrija, d-Dwana żiedet tgħid li l-passiġġier qal li għandu biss €4,000.