Mil-lum, qraba tal-anzjani li jinsabu f’residenza ser ikunu jistgħu jżuruhom mingħajr użu ta’ ħġieġ jew perspex.
Din iċ-ċirkolari tapplika biss għar-residenzi għall-anzjani tal-Gvern, tal-Knisja u tal-Privat iżda mhux għar-residenza ta’ San Vinċenz De Paul hekk kif dawn ir-residenti huma fost l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.
Din iċ-ċirkolari ħarġet b’konsultazzjoni mal-Awtorità tas-Saħħa Pubblika u l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali fejn elenkaw pjan dettaljat b’miżuri ta’ prekawzjoni li għandhom jittieħdu.