Il-Partit Laburista qal li Simon Busuttil huwa giddieb meta għal darb’oħra, dalgħodu għażel li jistrieħ fuq gidba ddisprata, invenzjoni, li ġiet miċħuda bil-provi għax m’għandux argumenti x’jagħmel. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jesaġera b’dan il-mod biex ikompli jiddefendi lil Michael Fenech Adami ħu l-Viċi Kap tiegħu Beppe Fenech Adami.
Fi stqarrija l-Partit qal li Busuttil huwa politiku tal-passat parti mill-establishment.
Żied jgħid li l-Kap Nazzjonalista qed jippersisti li jkun il-prosekutur, l-imħallef u l-ġurija fl-istess ħin sforz id-disprament li għandu biex jipprova jsalva ġildu man-nies fil-Partit tiegħu li lanqas qed jemmnuh.
“Simon Busuttil huwa a broken leader, playing a broken record” temm jgħid il-Partit.