Fil-jum li pajjiżna se jiftaħ l-ajruport għal titjiriet kummerċjali filgħaxija, Malta se tinqasam f’sitt żoni differenti fejn se jkun hemm spettaklu ta’ logħob tan-nar.
Dan l-ispettaklu se jsir bis-sehm ta’ 31 kamra tan-nar li se jaħdmu flimkien it-tradizzjonijiet Maltin u r-rebħa li għamel pajjiżna fuq il-Coronavirus.
Dan l-avveniment bl-isem ta’ VisitMalta Now organizzat mill-Ministeru u l-Awtorità għat-Turiżmu se jsir fl-okażjoni tal-ftuħ mill-ġdid tal-ajruport għal titjiriet kummerċjali.
Il-Ministru Julia Farrugia Portelli qalet li hija tinsab kburija li Malta tinsab f’sitwazzjoni fejn se tkun tista’ tilqa mill-ġdid lit-turisti.
Filwaqt li l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għat-Turiżmu Johann Buttigieg qal din il-ġurnata meta pajjiżna se jerġa jiftaħ il-fruntiera għat-turisti jimmerita ċelebrazzjoni kkulurita.