Filmat fuq il-midja soċjali li ttelgħa mis-sid ta’ karozza, li huwa wkoll għalliem juri kif il-karozza tiegħu ġiet miksija kollha tajn minn trakk. L-inċident seħħ qabel taqbad il-mina ta’ Ħal Kirkop, meta s-sewwieq tal-karozza waqaf hekk kif is-sinjali tat-traffiku kienu ħomor.
Iżda f’dan il-waqt, it-trakk ta’ warajh ma ndunax u baqa’ dieħel f’din il-karozza, b’konsegwenza li t-tajn spiċċa kollu fuq il-karozza.
F’messaġġ fuq il-filmat, is-sid ta’ din il-karozza li huwa għalliem tal-karozza qal kif fortunatament dak il-ħin ma kellu l-ebda student fuq wara, għax li kieku l-inċident seta’ ġara agħar. Ix-xuffier appella sabiex ix-xuffiera inġenerali jirrispettaw lill-istudenti li qed jitgħallmu l-karozza.