Il-Prim Ministru Robert Abela jawgura lil Dun Anton Teuma li ġie nnominat bħala l-Isqof il-ġdid tad-Djoċesi ta’ Għawdex.
Il-Prim Ministru jawguralu fil-missjoni spiritwali tiegħu u l-impenn soċjali meħtieġ biex imexxi l-Knisja f’Għawdex fi żminijiet li ġejjin.
Il-Prim Ministru jieħu l-okkażjoni wkoll biex jagħti ħajr lill-Isqof Mons. Mario Grech għall-ħidma pastorali li wettaq tul l-episkopat tiegħu u jawguralu għall-kariga ġdida li ngħata mill-Qdusija Tiegħu, il-Papa Franġisku biex iservi bħala Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet fil-Vatikan.