L-aġenzija tal-enerġija u l-ilma nediet strateġija nazzjonali għal riċerka u innovazzjoni fis-settur għall-għaxar snin li ġejjin.
L-għan ta’ dan hu li jingħata appoġġ lill-industrija u l-akkademja fil-qasam biex jipprovdu informazzjoni li jkollha impatt tanġibbli. Fl-istess ħin se jkun żgurat li tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn il-partijiet kollha fil-qasam.
L-aġenzija ħadmet ukoll mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-teknoloġija għat-tfassil tal-istrateġija.
Waqt it-tnedija, il-Ministru responsabbli minn dan il-qasam, Michael Farrugia, qal li dan kollu qed ikompli jibni fuq ħidma li diġà qed issir fis-settur, u se tippromwovi ideat ġodda bil-għan li jiżdiedu l-investiment u l-kompetittività. Fuq kollox se tingħata prijorità wkoll lill-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-ilma u l-enerġija rinnovabbli