Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-erbgħa l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Sqaq Lourdes, f’San Ġiljan.
Waqt li żewġ tfajliet – Maltija ta’ 25 sena residenti Marsaxlokk u Pollakka ta’ 33 sena kienu mixjin fit-triq ġew avviċinati minn persuna mhux magħrufa li prova jisirqilhom il-handbags. F’mument minnhom il-ħalliel ta daqqa b’oġġett li jaqta’ u bil-ponta lit-tfajla Maltija u ħarab minn fuq il-post b’handbag.
Peress li t-tfajla kellha xi dmijja u dehret li sofriet ġrieħi serji ntalbet l-assistenza ta’ xi persuni li kienu fil-viċinanzi li immedjatament sejjħu għall-assistenza medika u dik tal-Pulizija. Ambulanza ħadet lit-tfajla feruta l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.
Il-Pulizija qed titlob l-assistenza li kull min għandu kwalunkwe informazzjoni dwar dan il-każ imħeġġeġ jagħmel kuntatt, anka b’mod kunfidenzjali, fuq in-numru 119 jew 21 224 001-9.