Fuq ix-xandir nazzjonali, l-eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista tat-tmeninjiet, Louis Galea ġġustifika ruħu għad-diskors iebes u li weġġa’ ħafna nies meta saħaq li l-Partit Laburista għandu cancer.
Galea stqarr: “Illi fid-diskors normali, jiena kont qiegħed nuża vera metafora, figure of speech illi mill-politiċi jintuża spiss dan.”
Filwaqt li f’mument minnhom skuża ruħu ma’ wħud, mistoqsi mill-preżentatur għalfejn uża l-kelma cancer, Louis Galea baqa’ jsostni, il-għaliex le.
Galea qal: “Issa meta wieħed jgħid”
Il-Preżentaturi staqsieh: “Imma allura cancer?”
Galea wieġeb: “Il-għaliex le.”
Nhar il-Ħadd filgħodu, Louis Galea mqabbad mill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia biex iwettaq ir-riformi fil-partit f’tal-Pietà saħaq li l-Partit Laburista huwa partit marid.
Galea sostna: “Hu partit illi għandu cancer, għandu cancer. Issa tista’ ttih ħafna treatment u tagħmel, u ħafna affarijiet imma marid, partit marid.”
Fuq l-istazzjon nazzjonali, Louis Galea attakka lil ONE News talli ġibnilu siltiet mil-lingwaġġ li uża hu stess.
Saħansitra sostna li l-inġurja ma għamilix hu.
Huwa saħaq: “Fl-opinjoni tiegħi, l-inġurja ma għamilthiex jien. Għamilha l-istazzjon tal-Partit Laburista illi xi ħaġa illi tintuża fil-lingwaġġ, u bir-rispett kollu nerġa’ ngħidlek, ma użajtiex jien biss bħala politiku.”
Fil-programm intervjena, l-eks Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista John Bonello li aċċenna fuq il-bżonn li l-Partit Nazzjonalista jibdel l-attitudni tiegħu, b’Louis Galea nfexx jattakka wkoll lil Bonello.
Bonello stqarr: “Il-ġimgħa li għaddiet rajna l-ħabib tagħna Jason Azzopardi jtella’ kummenti u jagħmel referenza għal ċertu membru parlamentari. Irreferi għalih bħala inkapaċitat u naturalment qala’ li qala’ kritika eċċ u qisu ma ġara xejn, skuża ruħu jew ma nafx jekk skuża jew ma skużax ruħu, tgħaddi mal-oħrajn. Jiena ħa nitkellem għalija. Jiena tliet snin ilu għamilt il-pożizzjoni tiegħi ċara fuq il-Partit Nazzjonalista, ir-reazzjoni, ritratt tiegħu ppubblikat fuq facebook eċċ #skip. Ħadd ma skuża ruħu sal-lum, ma ġara xejn, naħfrilkom imma din id-djalettika tal-Partit Nazzjonalista, Louis, m’intomx, qabel ma tbiddluha n-nies ma tistax teħodkom bis-serjetà.”
Għal dan Galea qal: “Minn attivist tal-Partit Laburista kif inhu John Bonello llum ma nistenniex aħjar minn dawn it-tip ta’ kummenti.”
Fil-programm, Louis Galea ħabat jiddejjaq meta mistoqsi fuq id-diskors li nissel rabja u wġigħ fost ħafna familji u f’mument minnhom qal daqshekk, bil-preżentatur ġibidlu l-attenzjoni li kellu joqgħod attent xi kliem juża, iżda Louis Galea fetaħ idejh u ma riedx jisma’ iżjed.
Galea kompla jgħid: “Però mhuwiex każ iżolat għaliex anki dan l-aħħar kien hemm każijiet oħra ta’ politiċi li jużaw diskors diżabilità, I mean naħseb li dan it-tip ta’ diskors fid-dinja moderna li qed ngħixu fiha m’għandux jingħad. Metafora jew le, bir-rispett kollu lejk, jien kulħadd jaf li jiena kontra dak kollu t-tip ta’ diskors, sew jekk jiġi min-naħa jew minn oħra. Naħseb li rridu li jkollna ċ-choice of words aħjar x’nużaw biex dak li jkun ma nweġġgħuhx.”….