Il-Maltin ikomplu jisorprendu madwar id-dinja, din id-darba kien imiss lil Duncan Micallef li jikseb suċċess ieħor, din id-darba f’tellieqa tad-drag racing.
Is-sewwieq Malti li kkompeta f’waħda mill-għola kategoriji tad-drag racing fl-Isvezja, rnexxielu jlesti l-ewwel tellieqa f’ħin rekord ta 3.913 sekonda. B’dan ir-riżultat huwa rnexxielu jikseb it-titlu tat-tielet l-aqwa ħin fir-rekord Ewropej fit-tlielaq tad-drag racing.
Huwa mistenni li Micallef jerġa’ jikkompeti fis-sitt fażi tar-rawnd finali ta’ din il-kompetizzjoni li se ssir f’Santa Pod fl-Ingilterra.