Hekk kif pajjiżna qiegħed ikompli jiġġedded taħt it-tmexxija Laburista tal-Prim Ministru Robert Abela, il-Partit Laburista nnifsu qed jagħmel dak kollu li jista’ biex ikompli jimxi maż-żminijiet. Dan anke jekk l-ewwel xhur tal-Prim Ministru Robert Abela fit-tmexxija tal-pajjiż offrew diversi sfidi.
Din is-sena l-Partit Laburista qed ifakkar il-100 sena minn mindu twaqqaf u beda jservi lill-pajjiż. Għal dan il-għan għandu jkompli jiġġedded biex jibqa’ rilevanti.
Għal dan, mil-lum il-Partit Laburista qed iniedi maratona ġbir ta’ fondi li mqassma fuq ġimgħa. It-tema hi “Inkomplu Niġġeddu.”
L-attivitajiet ta’ din il-maratona ġbir ta’ fondi se jilħqu l-qofol tagħhom nhar il-Ħadd li ġej, 21 ta’ Ġunju.
Matul din il-ġimgħa se ssir edizzjoni speċjali tal-programm Pjazza li se jibda fis-6:00 ta’ filgħaxija sas-7:15 ta’ filgħaxija mbagħad ikompli wara l-bulettin tal-aħbarijiet. Ser issir ukoll edizzjoni ta’ dan il-programm nhar is-Sibt.
Filwaqt li l-qofol u l-għeluq ta’ dan il-ġbir ta’ fondi se jintlaħaq il-Ħadd 21 ta’ Ġunju bi program speċjali li se jixxandar fuq ONE, li se jibda fit-3:00 ta’ waranofsinhar u jkompli għaddej sa tard filgħaxija, fejn se jattendi l-Prim Ministru u l-Mexxej Laburista Robert Abela.
Intant, b’differenza għas-snin li għaddew, il-Partit Laburista ddeċieda li l-amministrazzjoni tal-Partit se tkun qed ddur il-lokalitajiet biex tiġbor id-donazzjonijiet minflok tilqa’ l-għotjiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.
Dan bħala apprezzament għall-ħidma li jwettqu l-kumitati lokali li jagħmlu xogħol siewi b’risq il-Partit Laburista.
Wieħed jista’ jċempel fuq dawn in-numri bex jgħid lill-Partit Laburista jkompli jiġġedded;
51702053 (€15)
51802036 (€25)
51902060 (€50)
21242620 (pledge line)
Tista’ ssir ukoll donazzjoni ta’ €6.99 permezz ta’ SMS fuq in-numru 50618900.