Il-Gvern Ingliż waqqaf kummissjoni favur aktar ugwaljanza fil-pajjiż, fost l-oħrajn fid-dawl tal-protesti kontra r-razziżmu madwar ir-Renju Unit li kienu xprunati mill-qtil ta’ George Floyd fl-Istati Uniti.
Fil-Parlament il-Prim Ministru Boris Johnson qal ukoll li simboli storiċi madwar il-pajjiż m’għandhomx jitmessu. Huwa kkundanna l-vjolenza li nqalgħet waqt il-protesti f’Londra tul tmiem il-ġimgħa li għaddiet, fejn kienu arrestati aktar minn 100 persuna.