Libjan ta’ 17-il sena weħel 5 snin ħabs wara li tressaq il-Qorti, flimkien ma; żagħżugħ ieħor ta’ 16-il sena residenti San Pawl il-Baħar.
Ħuma ġew akkużati li wettqu għadd ta’ serqiet fosthom minn ħwienet tal-mobiles bejn Frar u April ta’ din is-sena.
Iż-żagħżugħ libjan bħalissa qed jisskonta sentenza ta’ ħabs fuq reati oħra li wettaq.
Iż-żewġ żagħżagħ amettew l-akkużi fil-konfront tagħhom.
Iż-żagħżugħ ta’ sittax-il sena weħel 3snin probation.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Lydon Zammit u l-ispettur Sarah Zerafa.