Żewġ persuni ngħataw il-ħelsien mill-arrest wara li kienu akkużati li ħebbew għal żewġ persuni Afrikani li jgħixu magħhom u weġġgħuhom.
Djibril Ganiou mit-Togo u Caroline Magri qalu lill-Pulizija li tard fil-lejl tat-tnejn u għoxrin t’ Awwissu, hekk kif waslu lura fl-appartament tagħhom fil-Floriana, sabu tnejn milli kienu jgħixu hemm jiġġieldu.
L-akkużati qalu li pruvaw jifirduhom, iżda spiċċaw fil-ġlieda u minħabba f’hekk, Mamadou Diallo mill-Guinea u Mohammed Jallow spiċċaw bi ġrieħi f’wiċċhom u għajnejhom.
Ganiou u Magri wieġbu mhux ħatja u talbu għal ħelsien mill-arrest. Dan ingħatalhom fuq garanzija personali ta’ €5,000