Mark Scerri ta’ 43 sena minn Wied il-Għajn inżamm arrestat wara li allegatament seraq minn garaxx li jagħmel xogħol ta’ sprayer f’Ħal Qormi.
Il-każ ġara tliet ijiem ilu, bir-raġel allegatament seraq flus kontanti. Ir-raġel ġie akkużat li kiser ukoll kundizzjonijiet b’rabta mal-ħelsien li ngħata lilu f’Dicembru li għadda.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu.
Huwa kien assistit mill-avukat Mario Mifsud u l-avukat Lennox Vella.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Alfredo Mangion.